top of page

​POEMS / ALBANIAN
​

​

​

​

​

​

Kemxejn grixtija
nkanta quddiemek
xi kanzunetti ta’ mħabba bl-amment
Inti tħeġġiġni
u jiena ngħolli leħni

Inti li tħobbni
u li ma trid xejn mingħandi
ġejt tpoġġi mgħaxxaq
għall-pranzu ta’ ġismi
qalb il-platti ta’ laħmi
u t-tazzi ta’ demmi


*


Imxegħla
lejl u nhar
niktiblek poeżiji
li ma jiksbux l-istima tiegħek

nistenna
iżda l-forzi kollha li kont ferrixt
biex nikteb il-poeżija nfilġu
La għad fadalli kuraġġ u lanqas setgħa
fuq il-front tal-għożża tiegħek


*


Ġejt għandek bla ma qgħadt nitfewwaħ
bla ma qgħadt niżżejjen bil-ġawhar,
ġejt għandek
kif tassew jien
pittura bla gwarniċ
bla ħjiena
ġejt għandek
ta’ residenta tal-Art


*


Qalbi nġorrha miegħi bħal ħandbeg
u niġi għandek

Qabel ħin il-laqgħa
int għandek seba’ mitt sena ħa tara
x’ġibtlek sabiħ
U jien bl-għaġġla l’għandi
nħallilek il-ħandbeg
u nitlaq ’l hemm


*


La titbiegħedx
ibqa’ hawn ħdejja
L-orku tan-nejbiet kbar
forsi kien mara
xi mara sabiħa
li tieħdok ’l bogħod minni

Ibqa’ hawn ħdejja
le, titbiegħedx
għax l-orku tan-nejbiet kbar
forsi
forsi kien raġel
xi raġel twajjeb
li jeħodni ’l bogħod minnek


*


Minn kollox għamilt
biex nisraqlek qalbek
mingħajr ebda raġuni oħra
għajr li nitħeddel
fuqha

Jiena dik
li ggranfatlek ma’ waħda mill-buttuni
u li rabtet id-destin tagħha
ma’ tbissima

bottom of page